Sport Sport Ieħor

Aktar atleti Maltin fl-azzjoni fil-Logħob tal-Mediterran

Fid-disa’ ġurnata ta’ kompetizzjoni fid-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran f’Oran ,ilbieraħ filgħaxija fl-atletika fl-azzjoni Bradley Mifsud li fid-discus temm fit-13-il post minn 14-il atleta b’tefa’ ta’ 48.25 metri li huwa ‘l bogħod mill-aqwa riżultat ta’ Mifsud li huwa ta’ 51.50 metri.

Fil-ġurnata ta’qabel Daniel Saliba fil-110 metri hurdles temm fis-7 post f’heat numru 1 fi 15.05 sekondi. Fit-Triple Jump, Rachela Schembri temmet fit-9 post minn daqstant atleti bi 12.22 metri Fil-5000 metru Roberta Pace temmet fl-għaxar post minn daqstant atleti meta għamlet id-distanza fi 17 il-minuta 37.15 sekondi