Formula 1 Sport

Carlos Sainz jirbaħ l-ewwel Grand Prix tiegħu

(Ritratt:EPA)

Carlos Sainz fuq Ferrari rebaħ l-ewwel Grand Prix fil-karriera tiegħu meta rebaħ il-Grand Prix tar-Renju Unit fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone. Kien Grand Prix mill-iktar emojonanti li beda b’inċident ferm ikrah. F’dan l-inċident il-vettura ta’ Gasly laqtet il-Mercedes ta’ George Rusell bil-vettura ta’ Rusell tolqod l-Alfa Romeo taċ-Ċiniż Zhou, fejn il-vettura ta’ Zhou inqalbet u tkaxkret għal diversi metri u kien biss bis-saħħa tal-halo li ċ-ċiniż evitakonsegwenziaktar serji.

Wara Carlos Sainz spiċċa Sergio Perez fuq Red Bull, fil-waqt li Lewis Hamilton kiseb post fuq il-podium, b’dan ikun it-13-il wieħed tiegħu f’Silverstone. Charles Leclerc fuq it-tieni Ferrari kiseb ir-raba’ pożizzjoni filwaqt li ċ-champion tad-dinja Max Verstappen kellu jikkuntenta biss bis-seba’ post.