Atletika Sport

Chouhal tikseb il-Bronż fil-Kampjonati tad-Dinja Masters tal-atletika

F’Tampere fil-Fillandja, Kampjonati tad-Dinja Masters tal-atletika. Suċċess għal Antonella Chouhal li wara li fil-finali tal-hammer throw temmet fis-seba’ post, fix-shot put rebħet il-midalja tal-bronż. F’finali mirbuħa minn Kirsi Koro tal-Fillandja b’tefa’ ta’ 15.09 metri, fit-tieni post temmet Violeta Guzman tal-Messiku bi 13.97 metri.

Fit-tielet post Antonella Chouhal li wara l-ewwel tefa’ ta’ 12.49 metri darbtejn irnexxielha tgħamel 13.83 metri bl-aħħar tefa’ valida tkun ta’ 13.24 metri. Fir-raba’ post fost tnax l-atleta temmet Andrea Jenkins tar-Renju Unit bi 13.21 metri. Bit-tefa’ ta’ 13,83 metri, Antonella Chouhal kisret wkoll ir-rekord nazzjonali tal-kategorija b’nofs metru.