Il-midfielder Daniż Christian Eriksen mistenni jissieħeb lil Manchester United fejn mistenni jaċċetta offerta’ ta’ tliet snin kuntratt mir-Red Devils. Il-midfielder ta’ 30 sena se jingħaqad lir-Red Devils wara li jgħaddi mit-testijiet neċċessarji.
Eriksen kien ikkolassa fil-partita kontra l-Finlandja fil-Euro 2020 wara li sofra attakk tal-qalb. Madanakollu, Eriksen irkurpra u f’Jannar ta’ dan l-istaġun issieħeb lil Bretnford fuq trasferiment ta’ sitt xhur fejn kellu prestazzjonijiet mill-aqwa għat-tim Ingliż.
Eriksen qed jilgħab b’cardioverter-defibrillator fejn ma tħallix ikompli l-karriera ma’ Inter fl-Italja, minħabba r-regoli tas-Serie A li ma jippermettux li plejers jilgħabu fl-ICD.
Fl-Ingilterra Eriksen qatta’ seba’ snin ma’ Tottenham bejn l-2013 u l-2020 fejn lagħab 226-il partita u skorja 51 gowl.
//= $special ?>