Lokali Parlament

Deċiżjoni li se ġġib lill-Belt waħda storbjuża

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott sostna fil-parlament li d-deċiżjoni tal-gvern li l-mużika tibqa’ tindaqq sas-1 a.m. hi waħda li se ġġib lill-Belt waħda storbjuża u mhux ħajja.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-avviżi legali biex il-miżuka tibqa’ tindaqq sas-1 am. fil-Belt, Darren Carabott qal li l-PN kien sema’ leħen in-nies b’differenza minn ħaddieħor li qabiżhom. Hu qal li dawk li se jivvutaw favur il-mozzjoni tal-gvern ma semax lin-nies u ma tkellimx mas-sidien tan-negzoji.

Id-deputat Nazzjonalista qal li r-residenti qed ibatu minn ansjetà u qed iħossuhom mhux stmati mill-Kunsilli, mid-deputati Laburisti u mill-awtoritajiet.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-nies qed isostnu li se jitkissru minħabba l-mużika sas-1 am. L-MHRA u l-MDA ukoll ħarġu kontra dawn ir-regoli imposti mill-Gvern. Ma’ min ikkonsulta l-gvern qabel ħareġ dan l-avviż legali? Il-Kunsill Lokali tal-Belt għandu sarima ta’ ħalqu.

Il-PN jemmen fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-Belt fejn ir-residenti qed jonqsu. Din il-liġi qed tkompli tkisser id-drittijiet ta’ dawk li jgħixu l-Belt, sostna Darren Carabott, li żied li kien Gvern Nazzjonalista li ebda r-riġenerazzjoni tal-Belt.

Darren Carabott kompla li l-Belt għandha l-istatuts ta’ Żona UNESCO iżda l-Belt mhux jipproteġi dan l-istaus. Il-Belt hi sabieħa għax hi ħajja iżda m’għandhiex issir storbjuża kif se jagħmilha l-gvern. Is-soċjetà kienet attiva kontra dawn ir-regoli, sostna Darren Carabott, li kompla li d-deputati Nazzjonalista żammew kelmithom mar-residenti u man-negozji.

Dan hu l-ewwel pass biex jitaħssar l-iżball li sar mill-gvern; jeħtieġ konsultazzjoni fit-tul u mhux jingħaddu avviżi legali bla konsultazzjoni.

Hu appella biex issa li d-deċiżjoni ħadha l-ministru, il-gvern jagħti l-apoġġ għat-talbiet tar-residenti. Din hi kwistjoni ta’ fejn id-deputati laburisti jinsabu; jekk hux favur ir-residenti jew kontra għax issa hu ċ-ċans li jinbidlu dawn ir-regoli.