Sport Sport Ieħor

Dylan Groenewegen jirbaħ it-tielet stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

L-isprinter Olandiż Dylan Groenewegen kien il-protagonista fir-rebħa fit-tielet stadju tat-Tour de France, meta b’photo finish b’distakk ta’ ftit centimetri rnexxielu jegħleb lil Wout van Aert fuq il-linja finali . Minkejja li l-Belġjan irnexxielu jżomm il-flokk isfar bħala leader tat-tellieqa ġenerali kien in-numru wieħed ta’ Bike Exchange Dylan Groenewegen li żgura li van Aert ta’ Jumbo Visma spiċċa t-tieni għat-tielet darba wara l-istadju ta’ 182 kilometru , l-aħħar stadju fid-Danimarka qabel it-tellieqa tirritorna lejn Franza, b’folol kbar jimlew ir-rotta fir-reġjun ta’ Jutland. Van Aert għandu vantaġġ fuq Yves Lampaert fil-quċċata tal-klassifika ġenerali b’seba’ sekondi b’Tadej Pogacar fit-tielet post b’14-il sekonda distakk.