Fortunatament, ħadd ma weġġa’ wara ħabta li seħħet għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu fi Triq ir-Rizzi, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħu Pulizija tad-Distrett, tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lil dawk involuti.
Madanakollu, jidher li dawk involuti rrifjutaw il-kura hekk kif ma sofrew l-ebda ġrieħi.
//= $special ?>