Sport Sport Ieħor

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali b’għajnuna għall-isport fl-Ukrajna

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach waqt żjara uffiċjali f’Kiev ikkonferma li se jkun hemm żieda ta’ fondi allokali lill-Ukrajna biex l-isport fil-pajjiż ikompli. Il-fondi jammontaw għal 7.5 miljun dollaru

Thomas Bach qal li l-Moviment Olimpiku se jiżgura li l-atleti Ukraini jkunu jistgħu jikkompetu fil-Logħob Olimpiku tal-2024 f’Pariġi u fl-2026 f’dawk tax-Xitwa f’Cortina u Milan minkejja l-invażjoni Russa.

Bach indirizza lil media internazzjonali waqt żjara f’Kiev meta ltaqa mal-President Ukren Volodymyr Zelensky. Bach wiegħed li jsir dak kollu possibbli biex atleti Ukreni jkomplu jipparteċipaw. Il-KOI wieġeb għall-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna fi Frar billi rrakkomanda li l-federazzjonijiet sportivi internazzjonali jipprojbixxu lill-atleti Russi u Belarussi. Zelensky qal li 89 atleta u kowċ mietu fil-gwerra, filwaqt li 13-il atleta nqabdu u jinsabu fil-jasar fir-Russja. Bach qal li l-KOI mhux se jkun qed ibiddel il-pożizzjoni tiegħu.