Lokali

Il-Pulizija tinvestiga sensiela ta’ serqiet mill-karozzi

Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni wara sensiela ta’ serqiet minn vetturi f’diversi lokalitajiet madwar Malta fl-aħħar ġimgħa.

Fost il-lokalitajiet fejn seħħew dawn il-każi hemm fost oħrajn l-Iklin kif ukoll Santa Venera.

Diversi persuni li tkellmu magħna, u li spiċċaw vittma ta’ dawn is-serqiet spjegaw li qamu filgħodu u malli marru biex jirkbu fil-vetturi tagħhom sabu kullimkien imqalleb…b’oġġetti ta’ valur misruqa…għal valur li jlaħħaq il-mijiet ta’ ewro.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każi għandu javviċina minnufih lill-pulizija, anke b’mod anonimu.