Lokali Parlament

Il-Gvern jibqa’ għaddej bl-avviż legali li jippermetti mużika fil-Belt sas-1 am

Ħadd mid-deputati Laburisti tal-Ewwel Distrett Elettorali ma jitkellem fil-parlament

Mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex ma jkunx permessibbli li fil-Belt tindaqq mużika sas-1 a.m. sabet l-oppożizzjoni tal-Gvern biex issa dan l-avviż legali kontroversjali se jidħol fis-seħħ f’votazzjoni li ssir fis-seduta parlamentari ta’ nhar l-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2022.

Dawn ir-regoli ġodda sabu l-oppożizzjoni qawwija tal-PN, tal-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) u tarr-residenti tal-Belt. Minkejja dawn l-oġġezzjonijiet, il-gvern baqa’ għaddej u ma kkonsulta ma’ ħadd; lanqas mal-istess residenti Beltin.

Fis-seduta tal-parlamentari tal-lum l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni biex jinbidlu r-regoli li qed idaħħal dan il-gvern.

F’dan id-dibattitu tkellmu d-deputati Nazzjonalisti Darren Carabott, Mario de Marco u Paula Mifsud Bonnici filwaqt li għall-Gvern tkellmu ministri u deputati Laburisti iżda ħadd mid-deputati Laburisti tal-Ewwel Distrett elettorali.