Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli fir-residenza tiegħu stess

Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs għall-ħabta tal-4 tat-Tnejn filgħodu fi Triq il-Genista, il-Kalkara.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel mir-Repubblika Ċeka, waqa’ mill-gallarija tar-residenza li joqgħod fiha.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku sabiex jassisti u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin