Internazzjonali

L-armata Ingliża tispiċċa vittma ta’ hacking

L-armata Ingliża qed tinvestiga każ serju ta’ hacking fuq l-accounts ta’ Twitter u YouTube illi huma amministrati mill-istess armata.

Fuq dawn il-pjattaformi online dehru videos dwar cryptocurrencies u ritratti tal-biljunarju Elon Musk, illi spiċċaw fuq il-YouTube tal-armata Ingliża. Filwaqt li fuq Twitter, dehru posts relatati ma’ NFTs.

Kelliem tal-Armata kkonferma li l-account issa jinsab lura fil-kontroll tagħhom. Għalkemm ma ingħatawx aktar dettalji.

S’issa, għadu mhux ċar min kien responsabbli għal dan il-hacking.

F’Lulju tal-2020, ħafna accounts ta’ persuni famużi kienu ġew attakkati bi stil simili ħafna. Dawn kienu jinkludu l-accounts ta’ Jeff Bezos, Bill Gates, Elon Musk, Joe Biden, Kanye West u Barack Obama.