Novak Djokovic għadda għall-kwarti finali ta’ Wimbledon wara li għeleb lil Olandiż Tim van Rijthoven f’erba’ sets. Djokovic qed jittama li jirbaħ ir-raba’ Wimbledon fil-karriera tiegħu wara li għeleb lil van Rijthoven 6-2, 4-6, 6-1, 6-2.
Wara li t-tennist Olandiż ħa t-tieni set, Djokovic irkupra u rebaħ it-tielet u r-raba’ set, biex issa se jiltaqa’ kontra Jannik Sinner fil-kwarti finali.
Djokovic, li se jkun qed jilgħab fil-kwarti finali f’Wimbledon għat-tlettax-il darba fil-karriera rebaħ 25 partita konsekuttiva f’Wimbledon.
//= $special ?>