Futbol Sport

Santa Lucia se jilagħbu fil-Kampjonat BOV Premier minflok Pembroke Athleta

Santa Lucia se jkunu qed jilagħbu fil-Kampjonat BOV Premier minflok Pembroke Athleta għall-istaġun 2022/23. Dan wara li Pembroke applikaw għal-liċenzja ‘Amateur’ minħabba raġunijiet finanzjarji. Minkejja li diversi membri tal-kumitat ta’ Pembroke ma qablux mad-deċiżjoni tal-President Alex Calleja, huma se jkunu qed jitilfu posthom fil-Kampjonat Premier.

Min-naħa l-oħra Santa Lucia li kienu relegati mill-Premier, issa se jkunu qed iżommu posthom, bil-post tagħhom fiċ-Challenge League se jkun qed jittieħed minn Vittoriosa Stars.