Lokali

Tegħreq mara waqt li kienet qed tgħum

Ingliża ta’ 66 sena għerqet wara li kienet qed tgħum fl-inħawi ta’ Triq Dawret il-Gżejjer, Buġibba għall-ħabta tan-nofsiegħa.

Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li xi persuni lemħu lill-mara wiċċha ‘l isfel fl-ilma wara li sabet ruħha f’diffikultà. Persuni li kienu fil-viċin u lifeguards tellaw lill-mara mill-baħar u tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku.

Il-vittma ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.