Internazzjonali

Valanga fl-Alpi Taljani tħalli mil-inqas 6 vittmi

Mill-inqas 6 persuni tilfu ħajjithom wara li ilbieraħ ċediet massa ta’ silġ fl-Alpi Taljani, fiz-zona tad-Dolomiti.

Fl-istess valanga tas-silġ weġġgħu 9 persuni  filwaqt li 20 għadhom nieqsa.

L-awtoritajiet tal-emerġenza fir-Reġjun tat-Trento bdew it-tfitxija ilbieraħ u komplew matul il-lejl. Michela Canova, kelliema għas-servizzi tal-emerġenza,  qalet li “massa silġ kienet waqgħet fuq passaġġ fejn kien hemm xi gruppi ta’ turisti, b’uħud jinġarru mill-valanga”.

S’issa għadu mhux ċar x’kienet il-kawża ta’ dan id-diżastru. Pero’ kelliem ghas-servizzi tas-salvataġġ qal li kienu qed jesperjanzaw “temperaturi għoljin aktar mis-soltu.”

Renato Colucci, li hu speċjalist tal-glaciers, qal li dan il-fenomenu żgur li se jerġa jiġri minħabba t-temperaturi għoljin.