Internazzjonali

Fl-Ingilterra tarbija ta’ sena tmut wara li taqa’ minn tieqa ta’ blokka appartamenti

Tarbija ta’ sena tilfet ħajjitha s-Sibt li għadda wara li waqgħet minn tieqa ta’ blokka appartamenti f’Leeds, fl-Ingilterra.

L-ambulanza waslet fuq il-post sabiex tagħti l-għajnuna medika lit-tarbija iżda hekk kif ittieħdet l-isptar, kienet iċċertifikata mejta.

Il-Pulizija fetħet inkjesta sabiex jevalwaw iċ-ċirkostanzi ta’ dan l-inċident. Persuna f’isem il-familja talbet lill-pubbliku biex jirrispettaw il-privatezza tagħhom f’dan iż-żmien tant diffiċli.