Futbol Sport

Gżira United miżmuma fi draw minn Atletic Escaldes

GŻIRA UNITED …………. 1

ATLETIC ESCALDES … 1

Gżira United: D.Radelic-Zarkov, M.Dias, G.Mentz, N.Muscat, M.Cosic, Z.Scerri, J.Mendoza, L.Riascos, Jefferson, M.Samurai, T.Kolega

Atletic Escaldes: A.Ruiz, V.Maffeo, A.Sanchez, M.Javi, A.Cistero, H.Bouhrama, V.Alonso, V.Perez, I.Garrido, G.Lopez, J.Bolivar

Referee: Zaven Hovhannisyan

Assistenti referees: Mesrop Ghazaryan, Atom Sevgulyan

Fis-Centenary Stadium draw ta’ 1-1 bejn Gżira United u Atletic Escaldes fl-ewwel leg tal-kwalifikazzjoni mill-UEFA Conference League. L-ewwel taqsima ftit li xejn offriet azzjonijiet b’nuqqas ta’ azzjonijiet perikolużi lejn il-lasti taż-żewġ avversarji.

Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima Gżira fil-vantaġġ meta minn ballun fit-tul ta’ Nikolai Muscat, Maxwell Maia għadda lejn Jefferson, b’dan tal-aħħar minn pożizzjoni ċentrali jixħet fix-xibka għal 1-0. Fl-64 minuta Atletic Escaldes jiksbu l-gowl tad-draw meta minn corner mil-lemin ta’ Cisteri kien Guillaume Lopez li mill-viċin xeħet wara Radelic-Zarkov għal 1-1.