Lokali Parlament

Il-politika saret l-arti tal-possibbli fejn kollox sar flus

Ivan Bartolo, PN


Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-gvern Laburista kien wiegħed li Malta se ssir l-aqwa fid-dinja iżda fil-verità l-politika saret l-arti tal-possibbli fejn kollox sar flus.

Ivan Bartolo qal li l-prezzijiet tal-propjetà irduppjaw fl-aħħar disa’ snin u sostna li tant intilfu l-valuri li hawn min seraq vapur u ħareġ liberat. Hu qal li hawn ħafna inġustizzji fosthom lil min jingħataw l-impjiegi, fil-Korp ta-Pulizija, hawn ġlied f’Paceville minħabba nuqqas ta’ sigurtà, hawn nuqqasijiet fis-settur tal-anzjani fir-Residenza San Vinċenz u hawhn ksur fir-regoli ta’ kif jingħataw l-offerti.

Il-gvern qaleb il-valuri ta’ taħt fuq, hawn frakass fit-toroq, kemm f’Għawdex kif ukoll fi Triq il-Kbira fil-Mosta fejn ħadd ma jista’ jifhem x’inhuma jiġri u se jagħtu t-tarmak minħabba l-festa biex wara jerġgħu jaqilgħuh. Hemm toroq oħra fil-Mosta li qed jinqalgħu b’konsegwenzi negattivi fuq ir-residenti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm anki boutique hotels fil-Mosta li qed jiffaċċjaw problemi kbar minħabba dawn l-inkonvinjenti. Hu sostna li hawn sfreġji ambjentali u m’hawnx protezzjoni għall-ambjent. Ivan Bartolo semma’ każi fejn persuni qed ibatu minħabba li qed jinqata’ d-dawl.

Hu semma l-korruzzjoni li kissret liż-żgħir u semma’ kif il-Qoti ikkundannat lill-ARMS għax il-kontijiet inħadmu ħażin. Hawn saltna bla ġustizzja u l-pajjiż għar tal-ħallelin; il-politika saret l-arti tal-possibbli fejn kollox sar flus.