Atletika Sport

Kampjonat tal-Ewropa tal-Atletika taħt it-18-il sena: Matthew Galea Curmi jgħaddi għall-Finali fl-400 metru

F’Givat Ram Stadium, Ġerusalem fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-Atletika taħt it-18-il sena,riżultat mill-aqwa minn Matthew Galea Soler li f’heat numru 4 tal-400 metru temm fir-raba’ post b’49.06 sekondi biex għadda għall-finali ta’ għada bis-sitt l-aħjar ħin minn 22 atleta.

Galea Soler kiser wkoll ir-record nazzjonali b’.03 sekonda. Il-heat intrebħet minn David Garcia ta’ Spanja b’47.66 sekondi qabel Arpad Kovacs tal-Ungerija u Lucas Tornstrom tal-Iżvezja.

Fil-pole vault ikkompeta wkoll Nicolai Bonello li b’4.20 metri temm fit-13 il-post fil-klassifika ġenerali. Bonello fil-ġranet li għaddew kiser ir-record nazzjonali tal-pole vault meta qabeż 4.36 metri. Michela Caruana f’heat 3 tat-800 metru temmet fit-tmien post minn daqstant atleti f’2 minuti 25.17 sekondi filwaqt li l-heat intrebħet minn Jana Becker tal-Ġermanja f’2 minuti 6.99 sekondi.

Il-kontinġent Malti huwa mmexxi mid-direttur tekniku ta’ Athletics Malta, Mario Bonello.