Lokali Parlament

Konferma: il-Qorti tiddikjara li l-ARMS qed tisraq lill-pubbliku fil-kontijiet

Mark Anthony Sammut, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal fil-parlament li wara li l-Qorti ddikjarat li l-ARMS qed tisraq lill-pubbliku fil-kontijiet, issa l-gvern irid jirrimedja s-sitwazzjni favur il-konsumaturi kollha li nsterqu.

Fl-Aġġornament Mark Anthony Sammut qal li l-qorti ikkonfermat dak kollu li ilu jgħid il-PN u ddikjarat li s-sistema li ħaddmet l-ARMS mill-2014 qed tikser il-liġi u biha qed tisraq lin-nies.

Hu fakkar kemm il-PL kien jgħid li din is-sistema qed tintuża minħabba l-liġi li kien daħħal il-PN fl-2010 iżda illum il-qorti qed tiddikjara li dik kienet gidba u li l-metodu wżat imur kontra l-Avviż Legali li kien daħħal Gvern Nazzjonalista.

Il-Qorti ordnat lill-ARMS biex lill-persuni involuti jinħadmulhom kontijiet ġodda skont il-konsum kumulattiv annwali fuq sena sħiħa. Kien dan il-gvern li fil-fatt beda jikser il-liġi.

Ir-reazzjoni tal-Ministru Dalli għal din id-deċiżjoni tal-qorti kienet li qalet li se tbiddel l-avviż legali biex tirranġa l-komputazzjoni tal-kontijiet minn Jannar li għadda. Dan meta l-qorti qed tgħid li s-sistema hi kontra l-liġi.

Il-gvern ilu tmien snin jikser il-liġi u jisraq lin-nies. Il-Gvern qed jipprova jwaħħal il-ħażin tiegħu fuq ħaddieħio; l-istess kif qed jagħmel fuq Żonqor Point.

Id-deputat Nazzjonalista qal li f’dan il-każ tal-ARMS, ir-Regolatur kien iddefenda lill-gvern flok lill-konsumatur; ir-Regolatur ilu tmien snin jonqos milli jiddefendi lill-konsumaturi.

Il-PN jibqa’ jsostni li dan l-aġġustament annwali ma jgħoddux biss għal dawn iż-żewġ persuni li fetħu l-akwżi l-qorti iżda għandu japplika għal kulħadd. Għalhekk il-klijenti kollha effetwtai għandhom jieħu l-flus lura.