Futbol Sport

L-aħħar preparamenti għat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar

F’Doha , delegati mit-32 pajjiż finalisti fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA jinsabu l-Qatar għal seminar bil-għan li jingħataw l-aħħar dettalji b’rabta mal-istess fażi finali tal-akbar avveniment tal-futbol fid-dinja.

Is-seminar immexxi mill-Kap Eżekuttiv tal-Kumitat Organizattiv Nasser Al Khater qed isir meta jonqos 140 ġurnata għall-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja li tibda fil-21 ta’ Novembru u tintemm fit-18 ta’ Diċembru. Nasser Al Khater ikkummenta illi xx-xogħol ta’ infrastruttura li għad fadal għandu jitlesta ferm qabel il-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja. Is-seminar kien indirizzat ukoll b’mod virtwali mill-President tal-FIFA Gianni Infantino.