Lokali Parlament

L-għaqdiet li jaħdmu favur l-annimali għandhom jingħataw appoġġ

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar appella fil-parlamet biex l-għaqdiet li jaħdmu favur l-annimali jingħataw l-appoġġ meħtieġ għaliex dawn qed iwettqu ħidma kbira fil-komunitajiet.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li d-Direttorat tal-Annimali ma jraqqadx lill-annimali anzi għandu għal qalbu ħafna lill-annimali. Hu appella biex l-għaqdiet li jaħdmu f avur l-annimali jingħataw l-appoġġ meħtieġ inkluż lil dawn il-persuni li jitimgħu lill-annimali, partikolarment lill-qtates li hawn fit-toroq.

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-pubbliku biex jibqa’ jieħu ħsieb lill-annimali partikolarment fil-ġranet sħan tas-sajf. Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali qed iwettaq ħidma pożittiva mad-Direttorat għall-Ħarisen tal-Annimali f’kampanja effettivi biex jitwassal messaġġ komuni favur il-ħarsien tal-annimali.