Sport Waterpolo

Marsaxlokk u Ta’ Xbiex fis-semifinali tan-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni b’faċilità

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

OTTERS NIVEA………………. 3

M’XLOKK BROWN’S………. 11

(1-2), (1-0), (0-6), (1-3)

L-avversarji ta’ Marsaxlokk Brown’s huma Marsaskala Fish and Fish. Id-differenza prinċipali fil-logħba seħħet fit-tielet sessjoni, bix-Xlukkajri ddominaw u saħansitra għamlu ċert mir-rebħa.

Ironikament kienu Otters li fetħu l-iskor iżda Max Zammit u Luigi Mallia dawru r-riżultat. Otters ġabu d-draw fit-tieni sessjoni bl-uniku gowl jasal b’mod pjuttost fortunat permezz ta’ Luigi Dimech. Iż-żagħżugħ Għawdxi rnexxielu jiskorja b’daqqa ta’ ras waqt li kien qed jgħum.

Marsaxlokk inqatgħu minn mal-avversarji fit-tielet sessjoni b’erba’ gowls ta’ Max Zammit u doppjetta ta’ Luigi Mallia. Fl-aħħar sessjoni, Marsaxlokk kabbru d-distakk, b’Enrico Mallia jiskorja tnejn mit-tliet gowls fis-sessjoni.

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna (1), L. Grech Carr, M. Farrugia, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (1), S. Apap, Z. Bartolo (1), A. Dimech, G. Gatt Ellis, K. Micallef, K. Lupi Spencer

Marsaxlokk: S. Mifsud, R. Spiteri, C. Cutajar, B. Zammit, T. Agius, D. Bugeja, M. Zammit (5), L. Mallia (3), L. Saliba, R. Galea (1), J. Valletta, E. Mallia (2), M. Farrugia, A. Cook, R. Scerri

Referees: Carmine Buonpensiero, Richard Magri

BARRACUDAS…………… 3

TA’ XBIEX AMIGOS…… 18

(0-5), (1-5), (1-4), (1-4)

Ta’ Xbiex Amigos qatgħu passaġġ għas-semifinali kontra Valletta Izibet b’rebħa faċli kontra Barracudas. Iż-żgħażagħ ta’ Ta’ Xbiex kienu bil-wisq superjuri u fil-verità qatt ma kien hemm konfront bejn it-tnejn.

Ta’ Xbiex skorjaw ħamsa mingħajr risposta fl-ewwel sessjoni, b’doppjetti ta’ Eljiah Schembri u Jacob Saliba kif ukoll gowl ta’ Jayden Cassar. L-istess plejers flimkien ma’ gowl ta’ Jamie Pace Mizzi, prattikament għamlu ċert mir-rebħa meta temmew it-tieni sessjoni b’vantaġġ ta’ 10-1. Dean Ciantar skorja l-ewwel gowl ta’ Barracudas.

Il-partita rriduċiet ruħha aktar f’sessjoni ta’ taħriġ. Ta’ Xbiex baqgħu fil-kmand tal-logħba u baqgħu jinnewtralizzaw l-isforzi ta’ Barracudas. Xejn anqas minn seba’ plejers differenti ta’ Ta’ Xbiex skorjaw fl-aħħar żewġ sessjonijiet.

Barracudas: M. Gouder, A. Piccione, A. Magri (1), P. Micallef, D. Ciantar (1), R. Sciortino, S. Aquilina, A. Falzon, D. Camilleri, A. Mifsud, T.J. Mifsud, M. Borg, A. Grima Scott, N. Camenzuli (1)

Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina (1), J. Pace Mizzi (1), P. Tabone, S. Engerer (1), J. Saliba (6), J. Cassar (3), E. Schembri (4), Z. Cutajar Licari (1), B. Attard Littschwager, J. Chircop (1), D. Galea Mule, T. Fenech

Referees: Fabio Guarracino, Ronnie Spiteri

Logħob li jmiss

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju

KO Kampjonat Premier

San Ġiljan v Sliema        6.30pm

Exiles v Neptunes          7.35pm