Lokali Parlament

Minkejja l-investimenti, Malta baqgħet iżżomm restrizzjonijiet tal-COVID

Adrian Delia, PN


Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia sostna li minkejja l-investimenti kollha li saru u l-vaċċini li ngħataw, Malta hi fost erba’ pajjiżi Ewropej li baqgħu jżommu restrizzjonijiet tal-COVID fuq l-ivvjaġġar.

Fl-Aġġornament tal-parlament id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pajjiż fil-kuntest tal-COVID-19 u qal li issa ħarġet il-lista ta’ pajjiżi Ewropej li neħħew ir-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet kollha iżda Malta, Franza u żewġ pajjiżi oħra żammew ir-restrizzjonijiet.

Hu qal li s-Supretendent tas-Saħħa kienet toħroġ id-deċizjonijiet flok il-Ministru fil-perjodu tal-Istat ta’ Emerġenza. Ċertu regoli baqgħu ħierġa anki wara li dik is-sitwazzjoni u meta Malta kienet fost l-aktar pajjiżi fejn ingħataw vaċċini.

Adrian Delia sostna li s-settur tat-turiżmu li tkisser u tgħaffeġ u spjega kif meta kien hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri, dawn ittieħdu. Issa x’inhi s-sitwazzjoni?, staqsa Adrian Delia, li kompla li m’hemmx loġika wara l-fatt li Malta hi t-tieni l-aktar pajjiż fejn għad hemm restrizzjonijiet u fost l-aktar pajjiżi fejn ingħataw vaċċini.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa jekk il-vaċċini ħadmu u jekk l-investiment tax ir-riżultati. Hu qal li dawk li nefqu inqas minn Malta neħħew ir-restrizzjonijiet u Malta baqgħet bihom. Liema studju u loġika qed tkun applikata? staqsa Adrian Delia, li staqsa wkoll jekk id-dożi ntużawx kollha u kemm intefqu f’dawn il-proċeduri.

Adrian Delia tkellem dwar is-sentenza tal-Qorti li ddikjarat li ARMS qed jisirqu mill-kontijiet u qal li erba’ snin ilu l-PN kien mhux biss fiehem is-serq li kien qed jitwettaq mill-ARMS fil-kontijiet iżda wiegħed li kull sold li qed jinsteraq fuq il-kontijiet tad-dawl jintradd lura.

Jospeh Muscat kien qal li se jirranġa s-sitwazzjoni fi żmien sena u allura kien iddikjara li l-PN kellu raġun. Ma ġarax hekk u wara li nibdel il-Prim Ministru, l-ARMS baqgħet bl-istess sistema. Wara s-sentenza tal-qorti, il-gvern issa jrid ibiddel is-sistema kollha kif jinħadmu l-kontijiet u jrodd il-flus misruqa kollha.