Sport Sport Ieħor

Nick Kyrgios se jitressaq il-qorti b’akkużi li ħebb għall-eks sieħba tiegħu

(Ritratt: EPA)

It-tennista Awstraljan Nick Kyrgios se jitressaq il-qorti b’rabta ma’ akkużi li ħebb għall-eks sieħba tiegħu Chiara Passari. Kyrgios li għandu 27 sena, mistenni jitressaq quddiem il-qorti f’Canberra bil-każ jihder li seħħ matul l-2021.

Il-pulizija f’Canberra ikkonfermat li it-tennist ta’ 27 sena mistenni jitressaq il-qorti fit-2 ta’ Awwissu f’inċident li seħħ f’Diċembru tal-2021. Jekk jinstab ħati Kyrgios jista’ jeħel sa sentejn priġunerija.

Kyrgios qed jilgħab f’Wimbledon u jinsab fil-kwarti finali ta’ wara li għeleb lil lil Brandon Nakashima matul il-jum tat-Tnejn.