Għal ħdax il-darba fil-karriera, Novak Djokovic, ta’ 35 sena għadda għas-semi finali ta’ Wimbledon. Partita mill-aktar diffiċli kontra Yannick Sinner tal-Italja, seed numru 10 fil-kompetizzjoni. Wara li l-ewwel set kien ibbilanċjat eventwalment kien Sinner li rebaħ 7 – 5 bl-istess Sinner jiddomina għal kollox it-tieni set 6 – 2. Minn partita mitlufa, reazzjoni minn Djokovic li rebaħ it-tielet set 6 – 3, rebaħ u ddomina r-raba’ set 6 – 2 bil-partita tmur għal ħames set dak deċiżiv. Djokovic ma falliex biex rebaħ 6 – 2 fejn jibqa’ favorit għal post fil-finali tal-Ħadd li ġej.
//= $special ?>Novak Djokovic fis-semi finali ta’ Wimbledon għall-11-il darba
5 ta' Lulju 2022