Partitarju ta’ Basel spiċċa jorqod fit-triq għall-għaxar snin wara li ntilef f’San Siro fi tmiem partita futbol.
Il-penzjonant Żvizzeru Rolf Bantle mar l-Italja biex jara l-partita bejn Basel u Inter fil-UEFA Champions League fl-2004, iżda fi tmiem il-partita, hu ntilef mill-kumplament ta’ sħabu u ddeċieda li jibqa’ f’Milan.
Bantle qatta’ għaxar snin jorqod fit-toroq ta’ Milan fejn f’intervista’ mar-rivista Żvizzera ‘Schweiz am Sonntag’ fl-2015, hu stqarr li għoġbitu l-liberta’ li jgħix f’Milan.
Il-partitarju Żvizzeru kien jgħix fit-triq b’madwar 20 ewro, fejn irrimarka kif in-nies f’Milan kienu jagħtuh l-ikel u s-sigaretti.
Minkejja li hu kien irrapurtat nieqes wara l-partita, hu ma kellu l-ebda qraba li setgħu jidentifikawh filwaqt li qatta’ xi żmien jgħix f’ċentru ta’ riabilitazzjoni minħabba l-vizzju tal-alkoħol.
Bantle irritorna fl-Iżvizzera fl-2015 wara li kellu inċident li fih kiser saqajh u ma kellu l-ebda aċċess għall-kura medika, bl-awtoritajiet Żvizzeri joħduh lura fl-Iżvizzera, f’dar tal-anzjani.
//= $special ?>