Lokali

Raġel jaqa’ f’residenza privata f’Ħal Qormi

F’aħbar li għadha kif waslitilna jidher li ftit tal-minuti ilu raġel waqa’ f’residenza privata li tinsab li Triq Pinto f’Ħal Qormi. S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-vittma.

Fuq il-post bħalissa hemm numru ta’ pulizija, membri tal-protezzjoni ċivili kif ukoll ambulanza. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei hekk kif jidher li r-raġel sofra xi ġrieħi.

Kelliem għal Pulizija qalilna li jidher li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular. B’persuni fuq il-post qalulna li huwa waqa’ minn fuq bejt ta’ residenza privata.