Sport Sport Ieħor

Thomas Bach jiltaqa’ ma’ atleti Ukreni fi Kiev

(Ritratt: International Olympic Commitee)

Waqt iż-żjara uffiċjali f’Kiev, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach kellu ċ-ċans jiltaqa’ mal-atleti u l-ogħla awtoritajiet tal-isport tal-pajjiż. Bach iltaqa’ ma’ bosta atleti li għadhom f’Kiev filwaqt li żar dak li fadal miċ-Ċentru ta’ Taħriġ Olimpiku li safa’ meqrud mill-attakki Russi. Bach wiegħed kull għajnuna possibbli lil-istess atleti wara li ltaqa’ mal-ministru tal-isport Vadym Guttsait.

F’Kiev kien milqugħ minn Valery Borzov, rebbieħ ta’ żewġ midalji Olimpici li huwa wkoll Membru tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u minn Sergei Bubka, President tal-Kumitat Olimpiku tal-Ukrajna. Waqt il-laqgħa mal-President Zelensky intqal li 89 atleta u kowċ mietu fil-gwerra, filwaqt li 13 atleta mill-Ukrajna inqabdu u jinsabu fir-Russja.