Sport Sport Ieħor

Wout Van Aert jirbaħ ir-raba’ stadju tat-Tour de France

(Ritratt: EPA)

Wara ġurnata ta’ mistrieħ u bl-ewwel tlett stadji jsiru fid-Danimarka, tkompla t-Tour de France bir-raba’ stadju fuq medda ta’ 172 kilometru bejn Dunkirk u Calais. Wara li fl-ewwel tlett stadji WOUT VAN AERT ta’ Jumbo Visma temm dejjem fit-tieni post, fir-raba’ prova ddomina u f’4 sigħat 1 minuta u 3 sekondi rebaħ b’distakk ta’ tmien sekondi fuq il-Belġjan Jasper Philipsen ta’ Alpecin u l-Franċiż Christophe Laporte ta’ Jumbo Visma li daħlu flimkien. Fil-klassifika ġenerali Van Aert saħħaħ postu fl-ewwel post bi 13 il-siegħa 3 minuti u 8 sekondi b’distakk ta’ 25 sekonda minn Yves Lampaert ta’ Quick Step Alpha Vinyl Team u 32 sekonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates. Il-ħames stadju huwa bejn Lille Metropole u Arenberg Porte de Hainaut.