Sport Sport Ieħor

Boċċi: Tintlagħab it-tlettax-il ġurnata tal-Ewwel Diviżjoni

Ilbieraħ intlagħbet it-tlettax-il ġurnata tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni fej it-tliet timijiet li qed jisfidaw biex ikunu ma l-ewwel erba’ fil-klassifika u eventwalment jgħamluha għal play-offs, kollha ħarġu rebbieħa.

Buġibba telgħu waħedhom fir-raba’ post meta għelbu lit-tim ta’ Żabbar 21 b’5 filwaqt li Għaxaq dawru telfa f’rebħa meta barra min darhom għelbu lit-tim ta’ Lija 21 bi 19 f’logħba kumbattuta fejn it-tim ta’ Lija kellhom vantaġġ ta’ disa’ punti meta kienu qed jerbħu 16 b’5 iżda t-tim ta’ Għaxaq irnexxielu jirbaħ il-partita li setgħet maret kull naħa.

Msida barra min darhom għelbu lil St Peter’s Żabbar 21 b’7 biex baqgħu jokkupaw l-ewwel post. Żebbug ma’ lagħbux il-partita tagħhom meta kellhom jilghabu kontra t-tim ta’ Paola Schreiber u ngħataw rebħa ta’ 21 b’0. Buġibba telgħu jokkupaw ir-raba’ post weħedhom meta mingħajr wisq tbatija għelbu lit-tim ta’ Żabbar 21 b’5 filwaqt li Żurrieq ukoll ingħataw rebħa kontra t-tim tal-Isla ħadu is-seba’ rebħa tal-istagun. Qormi San bastjan żammew it-tamiet tagħhom li jistgħu jagħmluha għar raba’ post meta llum barra min darhom għelbu lit-tim ta’ Marsamxett 21 b’4.