Lokali

Festival tal-mużika 80s u 90s b’risq il-Fondazzjoni Inspire

Inspire Foundation Malta qed tingħaqad ma’ K Music Events għall-ħames edizzjoni tal-‘80s and 90s Music Festival’ li se jkun qed iseħħ fid-29 ta’ Lulju 2022 fit-8pm f’Ħal Kirkop.

Filwaqt li l-avveniment huwa b’xejn, se jkunu qed jinġabru donazzjonijiet mad-dħul li se jkunu qed imorru għal Inspire Malta.

Il-kunċert se jkun qed jospita imitatriċi professjonali tal-kantanta Tina Turner u wħud mill-aqwa DJs lokali: Alex Reflex Grech, Sue Mifsud u Renato Vella. L-aħħar edizzjoni saret qabel il-bidu tal-pandemija tal-Covid-19 f’Malta fejn bosta persuni ta’ kull età attendew bi ħġarhom.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Inspire Malta, Antonello Gauci, qal li din il-kollaborazzjoni hija mod ieħor kif Inspire Foundation iżżomm lilha nnifisha preżenti fil-komunità.

Għal aktar informazzjoni, żur din il-link.