Lokali Parlament

Ftehim sigriet ma’ Sadeen; tawhom iktar art

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina żvela fil-parlament li l-Gvern Laburista kien iffirma ftehim sigriet ma’ Sadee, liema ftehim għadu fis-seħħ u li l-Prim Ministru Robert Abela mhux jitkellem dwaru.

Karol Aquilina qal li l-ispekulaturi se jagħmlu l-miljuni minn din l-art u spjega li l-AUM hi istituzzjoni falza. F’Mejju 2015 Joseph Muscat kien qal li se jġib dan l-investiment biex titwaqqaf università Amerikana meta dawn kienu speukulaturi u kuntratturi Ġordaniżi.

Ħadd minnhom mhu professur jew għandu liċenzja fl-edukazzjoni, Veru li Sadeen riedu l-art fiż-Żonqor? Ir-risposta hi le; għaliex l-idea li tingħata Żonqor kienet ta’ Keith Schembri u Joseph Muscat.

Meta Sadeen iltaqgħu mal-Prim Ministru Muscat , Keith Schembri u Joseph Muscat insistew li fil-ftehim tidħol iż-Żonqor. Il-pjan kien li mill-ispekulazzjoni ikun hemm dħul għal min kien involut fid-deal. Keith Schembri ltaqa’ mal-persuni ta’ Sadeen, saru laqgħat f’pajjiżi differenti, laqgħat sigriet ma’ Muscat minbarra min Malta u saru ftehim sigriet. L-art fiż-Żonroq kienet intenzjonata għall-korruzzjoni.

Meta bdew in-negozjati ma’ Sadeen, il-Gvern laħaq ftehim. Saret laqgħa f’Kastilja li kien iffirmat. L-għada filgħodu Keith Schembri u ta’ Sadeen reġgħu ltaqgħu u ffirmaw ftehim ieħor sigriet. Il-Ħadd reġgħu tkellmu u t-Tnejn fil-għodu Keith Schembri u Sadeen reġgħu ltaqgħu u ffirmaw ftehim sigriet dwar l-art fiż-Żonqor.

Il-ftehim kien iffirmat minn Keith Schembri f’isem il-gevrn ta’ Malta u minn Salah ta’ Sadeen. Hemm klawsola li jgħidu li dan il-ftehim hu kundifenzjali; top secret li jekk ikun żvelat, kull ftehim ieħor jispiċċaw awtomatikament.

Dan il-ftehim ta’ Keith Schembri jgħid li se tingħata 3,000 metru kwardu ieħor ta’ art fiż-Żonqor. Din hi biċċa art oħra u l-ftehim għadu jhedded għax hu liġi bejn il-partijiet.

Dan hu ftehim li sar minn wara dahar il-parlament u li jorbot lill-Gvern Malti fuq 3,000 metru art oħra lil Sadeen. Keith Schembri ftiehem ukoll li apparti t-3000 metru kwardu, lil Sadeen jirranġalhom ukoll biżżejjed art għal 1,000 student. Għal din l-art u għad-dormitorju, Sadeen ma kellhom iħallsu xejn. Dan hu skandlu kbir; il-gvern imissu jistħi jitratta l-art pubblika b’xejn.

Il-Prim Ministru donnu kien jaf li hemm xi ħaġa ħażina, il-ftehim sar bi ksur tal-liġi u l-Prim Ministru jrid jassumi r-responabbiltà għalih. X’se jagħmel il-Prim Ministru? Se jibagħat għal Joseph Muscat dwar dan? Il-gvern jista’ jbiddel it-triq li qabad; din il-konċessjoni mhi xejn ħlief il-kontinwazzjoni ta’ dan il-ftehim sigriet. Il-gvern għandu jħassar il-ftehim sħiħ biex l-art pubblika li ma ntuża għall-edukazzjoni iżda għall-ispekulazzjoni terġa’ lura f’idejn il-poplu Malti.