Lokali Parlament

Il-gvern jaġevola lil Sadeen iżda ma jappoġġjax liż-żgħażagħ quddiem il-prezz tal-propjetà

Rebekah Cilia, PN


Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia sostniet fil-parlament li l-gvern qed jaġevola lil Sadeen iżda ma jappoġġjax liż-żgħażagħ quddiem il-prezz tal-propjetà.

Rebekah Cilia qalet li l-PN dejjem insista li l-art ma titteħidx u spjegat kif Sadeen kienu wiegħdu li se jagħmlu università, se jġibu eluf ta’ studenti u jimpjegaw 300 persuna. Minn dan ma sar xejn.

Hi spjegat kif l-AUM applikaw għal stat ta’ università meta ma kinux università. Għaliex il-Gvern ingħażlet konzorzju li ma kellux esperjenza fl-edukazzjoni? Il-Gvern jidher li hu kuntest bil-220 student li għandha l-AUM u se jtiehom art fi SmartCity.

Id-deputat Nazzjonalista staqsiet għaliex il-Prim Ministru semma’ s-side agreements u sostniet li l-Gvern qed jippreżenta kuntratt li mhux ċar għax jista’ jkun li hemm informazzjoni oħra li mhux ippubblikata. Kien hemm side agreements iffirmat minn Keith Schembri u Chris Cardona u kien hemm laqgħat bejn Keith Schembri u Adrian Hillman.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dan kollu juri kemm din kienet ħadma u sostniet li l-gvern li jerġa’ jidħol fi ftehim ma’ spekulaturi. Għaliex il-gvern irid ikompli jaġevola lil Sadeen? L-AUM għamel xi sejħa għall-istudenti għal sena skolastika ġdida?

Il-gvern qed jagħti art lill-poplu li dejjem kient tal-istess poplu, sostniet Rebekah Cilia, li kompla li l-Gvern qed jimponu kundizzjonijiet inaċċettabbli biex il-poplu jieħdu lura l-art fiż-Żonqor. Il-gvern se jivvota favur Sadeen iżda kontra ż-żgħażagħ li qed isibuha diffiċli biex jixtru propjetà, sostniet Rebekah Cilia.