Il-liġi dwar l-IVF kienet approvata fil-parlament b’66 vot favur u tlieta kontra.
Fi spjega dwar il-vot, id-deputat Nazzjonalista Stpehen Spiteri qal li l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, ħlief għal tliet deputati, kienu se jivvotaw favur din il-liġi għax din se tkompli tirregola l-proċess tal-IVF u se jkun hemm prokrezzjoni ta’ ħajjiet ġodda.
Stephen Spiteri qal li bl-emendi li ressqet l-Oppożizzjoni u bi qbil mal-gvern kienet assigurata l-protezzjoni tal-ħajja u l-mod kif isir ittestjar tal-ħajja umana. Hu qal li l-esperti f’dan is-settur huma fdati u issa se jkunu l-ġenituri li jagħżlu għall-ġid tal-embrijun. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni ressqet ukoll emendi dwar il-protokoll biex ikun hemm l-iskrutinju neċessarju dwr il-lista tal-kundizzjonijiet. L-Oppożizzjoni enfażizzat ukoll u kien assigurat li jkun possibbli li jkun hemm testijiet fuq il-bajda u li anki hawn jinżammu x-xewqat tal-koppji li jridu jsiru ġenituri.
Qabel id-diskros tad-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tkellem id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia li talab division u qal li hu favur il-ħajja mill-bidu nett tagħha; mill-konċepiment.
Adrian Delia sostna li din hi liġi li tippermetti l-prokreazzjoni u hu favur dan il-kunċett iżda hi wkoll liġi li biha testijiet ġentiċi jippremettu li wieħed minn kull ħames embrijuni jistgħu jinqerdu u għalhekk din mhix favur il-ħajja. Hu sostna li din hi liġi li tmur kontra l-protezzjoni tal-embrijuni, kontra l-kostituzzjoni u kontra l-kuxjenza tiegħu. Għalhekk kien se jivvota kontra.
F’post fuq facebook, id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li hu kien assenti mill-parlament għaliex jinsab pożittiv għall-COVID. Hu ddikjara l-oġġezzjoni tiegħu għal din il-liġi u qal li kien qed jigħaqad ma’ dawk id-deputati li fil-libertà tal-kuxjenza tagħhom ivvutaw kontra dan l-abbozz.
//= $special ?>