Il-mafjuż Rocco Morabito ttieħed lura l-Italja wara li nstab fil-Brażil.
Magħruf bħala il-“cocaine king of Milan”, Morabito ġie arrestat f’Mejju tas-sena li għaddiet sforz ta’ azzjoni magħquda mill-pulizija tal-Italja u l-Brażil.
Morabito, li għandu 55 sena, se jservi sentenza ta’ 30 sena għall-traffikar tad-droga.
Il-pulizija sebet lil Morabito s-sena li għaddiet f’raħal max-xtajta fil-grigal tal-Brażil jisimha João Pessoa. Miegħu ġie arrestat ukoll membru tal-grupp mafjuż ‘Ndrangheta, Vincenzo Pasquino. Pasquino se jservi sentenza ta’ 17-il sena għal traffikar tad-droga
L-arrest ta’ Morabito jtemm tfittxija li damet għaddejja snin twal.
//= $special ?>