Justin Schembri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal li l-proġett tal-AUM hi biss proġett biex tinsteraq l-art.
Fil-parlament Justin Schembri qal li din kienet ħadma biex tinsteraq art il-Maltin u sostna li l-PN hu favur iktar opportunitajiet ta’ edukazzjoni fil-pajjiż. Din l-università kellha ġidb 4,000 student iżda ma kellhiex il-liċenzja.
Din l-università ingħatat il-liċenzja wara pressjoni minn Kastilja għaliex bir-regoli tal-pajjiż, din l-università ma kellha qatt tingħata liċenzja.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li sal-lum il-Ministru tal-Edukazzjoni qed jgħid li ma jafx kemm fiha studenti l-AUM. Dan waqt li l-AUM għandha dejn ta’ €15-il miljun.
Il-gvern qed jirredikola l-qasam edukattiv tal-pajjiż għaliex flok id-diskussjoni hi dwar l-edukazzjoni, id-diskussjoni hi mtappna għaliex din l-università kienet biss proġett biex tinsertaq art mingħand il-poplu u biex igawdu xi wħud.
//= $special ?>