Lokali

National Lottery plc tingħata l-liċenzja għas-superviżjoni tal-Lotterija Nazzjonali

National Lottery plc irċivew il-liċenzja għall-għaxar snin li ġejjin biex tirregola u tkun ta’ superviżjoni għal-logħob kollu f’pajjiżna. Dan se jsir biex jiżgura li l-Lotterija Nazzjonali titħaddem fl-ogħla livell ta’ standards.

Din hi sena storika hekk kif hi l-ewwel darba li l-Lotteriji se jkunu f’idejn kumpanija Maltija, mħaddma minn ħaddiema Maltin.

F’diskors li sar mill-Kap Ezekuttiv ta’  National Lottery, Johann Schembri ntqal illi huma qed jimpenjaw ruħhom għal 125 miljun f’investiment.

Fost l-oħrajn, huma se jkunu responsabbli ghal-logħob popolari, il-Lottu u s-Super 5.

L-operaturi se jkunu jistgħu jintroduċu logħob ġdid f’pajjiżna biex jiżdied mal-lista ta’ logħob offrut.

Għall-aħħar kważi għoxrin sena, din il-liċenzja kienet għand Maltco Lotteries.

L-Awtorità Maltija tal-Logħob kienet twaqqfet fl-2004, bl-għan li tissorvelja prodott ta’ kwalità, livell għoli u servizz eċċellenti.