L-atleta Malti Rachid Chouhal rebaħ il-midalja tal-fidda f’avveniment tal-long jum li qed isir fil-Finalandja, fil-kategorija tal-Masters ta’ dawk li għandhom aktar minn 45 sena. Chouhal temm biss fit-tieni posta wara l-atleta Ġamajkan James Beckford li għandu wkoll midalja Olimpika.
Chouhal b’qabża ta’ 6.57 metri temm fit-tieni post qabel l-Amerika Lee Adkins li temm fit-tielet pożizzjoni b’qabża ta’ 6.58 metri. B’din il- qabża Chouhal waqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-kategorija ta’ dawk li għandhom aktar minn 45 sena bil-qabża tiegħu tkun 16-il ċentimetru aktar mill-aqwa qabża tiegħu li kien kiseb fi Braga.
F’messaġġ fuq Facebook Chouhal qal li kien ta’ unur għalih li jikkompeti ma’ atleti internazzjonali bħal Beckford filwaqt li rringazzja lil martu kif ukoll lil Club Rush Athletic Club, BeActive – SportMalta, National Sport School, Malta, MOC u lil Athletics Malta.
//= $special ?>