It-tennista Rafael Nadal avvanza għas-semifinali wara li għeleb lil Taylor Fritz fil-kwartifinali 3-6 7-5 3-6 7-5 7-6. Nadal lagħab il-maġġoranza tal-partita miġugħ hekk kif talab ukoll timeout fi tmiem it-tieni set.
Fis-semifinali Nadal se jkun qed jilgħab kontra Nick Kyrgios minkejja d-dubji jekk hux se jkun lest fiżikament biex jilgħab din il-partita.
Intant mill-kategorija tan-nisa, Simona Halep avvanzat għas-semifinali wara li għelbet lil Amanda Anisimova 6-2 6-4 biex issa se tkun qed tilgħab kontra Elena Rybakina
//= $special ?>