Lokali

Sewwieq jitlef il-kontroll tal-mutur u jispiċċa jsofri minn ġrieħi gravi

Ritratt: Arkivji

Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq tul Triq ix-Xatt, Bormla għal ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ minn fuqu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.