Lokali Parlament

Żonqor għandu jsir park nazzjonali

Eve Borg Bonello, PN

Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello appellat biex Żonqor isir park nazzjonali u mhux biss masġar.

Fil-parlament Eve Borg Bonello qalet li fl-2015 saret protesta favur l-ambjent u sostna li issa l-gvern biddel id-diskors dwar l-art taż-Żonqor. Hi appellat biex il-gvern ma jibqax jaġevola lill-ispekulaturi kif qed isir ma’ Sadeen.

L-Art taż-Żonoqr għandu jsir park nazzjonali skont il-pjan lokali, sostniet id-deputat Nazzjonalista li kompliet li din għandha tingħata b’serħan tal-moħħ. Il-ftehim mal-bdiewa għandu jkun onorat u l-art tagħhom tkun protetta. Dan hu l-aħħar ċans biex din l-art tkun protetta.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex Żonqor jkun protett.