Lokali Parlament

Żonqor lura mingħajr kundizzjonijiet

Darren Carabott, PN

Id-deputat Nazzjonalista Darren Carabott sostna fil-parlament li l-poplu jrid Żonqor lura bla kundizzjonijiet u spjega kif il-prezz ta’ €15,000 għal 32,000 metru kwadru hu skandaluż. Din hi art daqt erba’ ground tal-football u nofs. Hu qal li l-prezzijiet fi SmartCity huma esaġerati fejn appartament ta’ 237 metru kwardu jiswa €1 miljun. Il-prezz fis-suq għal din l-art li se tingħata bi €15,000 hu ta’ €63 miljun.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern mhux jitkellem dwar is-suppost kuntratt tal-AUM fejn kien imwiegħed li dan jattira 4,000 student. Kien ippjanat li fil-ħames sena l-AUM kellha ġġib 1,920 student li jitilgħu għal 3,300 student fis-sebgħa sena. Il-gvern irid ikompli jaħdem u jaġevola ma’ kumpanija falluta. L-art ta’ SmartCity issa tista’ tinxtara għall-prezz ta’ €15,000.

Darren Carabott kompla li Sadeen qed ifallu bl-obbligi tagħhom u spjega kif il-gvern lanqas ippreżenta d-dokumenti kollha fil-Kumitat Parlamentari għall-Verika. Il-gvern kien mgħaġġel biex jaġevola lil Sadeen.

Darren Carabott qal li l-PN kien dejjem sejjaħ dan il-proġett bħala wieħed ta’ governanza skorretta. Il-PN baqa’ konsistenti u baqa’ jinsisti li l-poplu jingħata Żonqor bla kundizzjonijiet.