Futbol Sport

Draw ta’ mingħajr gowls għal Floriana kontra Petrocub

FLORIANA …………………0
CS PETROCUB ……………0

Floriana: G.Kitanov, A.Ciolacu, K.Reid, E.Torre, U.Arias, J.Busuttil, C.Rutjens, A.Garzia, A.Magri Overand, M.Garcia, O.El Hasni
Petrocub: C.Avram, I.Calin Revenco, I.Jordan, V.Mudrac, S.Platica, A.Federov, V.Bogaciuc, I.Turcan, M.Iosipoi, M.Cojocaru, V.Ambros
Referee: A.Kuchin
Assistenti Referees: Y.Tikjonyuk, S.Tergeussizov

Fis-Centenary Stadium mill-fażi preliminari tal-UEFA Conference League Floriana temmew fi draw ta’ 0-0 kontra t-tim mill-Moldova CS Petrocrub. Minkejja l-pressjoni ta’ Floriana ftit li xejn kien hemm azzjonijiet perikolużi ta’ skor, bil-partita ta’ ritorn fil-Moldova tintlagħab il-Ħamis li ġej fis-7.00pm.