Grupp A : Ingilterra 1-0 Awstrija
Wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-fażi finali tal-Kampjonat tal-Ewropa f’Old Trafford, li tat bidu għall-Euro2022 tan-nisa, quddiem 70,000 partitarju, t-tim Nazzjonali Ingliż immexxi minn Sarina Wiegman ma ddiżappuntax biex kiseb l-ewwel tlett punti fi Grupp A.
Il-gowl deċiżiv wasal fl-ewwel fażi tal-partita. Wara biss 16-il minuta, l-Ingilterra marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Fran Kirby kienet Beth Mead li għelbet lil Manuela Zinsberger. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita fejn minkejja li l-Ingilterra kellha aktar pussess, fit-tieni taqsima b’Awstrija fuq l-offensiva b’xi mod Mary Earps żammet l-iskor intatt. Referee tal-partita : Marta Huerta (Spanja)
