Futbol Sport

Ħamrun Spartans sfortunati fl-Armenja

(Ritratt ta' Joseph Galea)

Rowen Camilleri

FC ALASHKERT………1

ĦAMRUN S……………….0

FC Alashkert: O. Cancarevic, B. Diaz (I. Fofana 59’), T. Galvao (S. Metoyan 46’), A. Grigoryan, B. Hovhannisyan (R. Hovsepyan 46’), James, D. Kadio, D. Khurtsidze (A. Karapetyan 80’), T. Cameta, T. Voskanyan, A. Yedigaryan

Ħamrun S.: H. Bonello, B. Ederson (I. Nedelkjovic 63’) , S. Borg, M. Guillaumier, E. Mashike, D. Soares (M. Fedele 90’), O. Bjelicic, J. Corbalan (K. Micallef 76’), Jonny (R. Prsa 63’), E. Marcelina, R. Camenzuli

Imwissija: J. Corbalan 13’, M. Guillaumier 28’, E. Marcelina 30’, I. Nedelkjovic 64’ (Ħ) B. Diaz 40’, I. Fofana 90+2 (A)

Skorjaw: A. Yedigaryan 24’ (Ħ)

Referee: Vassillis Fotias (Greċja)

Assistenti Referees: Andreas Meintanas u Konstantinos Psarris (Greċja)

F’partita li Ħamrun daħlu aktar fiha fit-tieni taqsima, Alashkert tal-Armenja ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, b’dak li kien l-uniku xutt lejn il-lasta ta’ Henry Bonello. Bla dubju li Ħamrun kien ħaqqhom minn tal-anqas draw minn din il-partita hekk kif fit-tieni taqsima kienu bil-wisq aħjar mill-avversarji, biex issa nhar il-Ħamis jilgħabu fis-Centenary Stadium bit-tama li jdawwru r-riżultat favur tagħhom u jgħamluha għar-rawnd li jmiss tal-Europa Conference League.

Fl-ewwel 20 minuta Ħamrun dehru ferm dixxiplinati tattikament għalkemm ma’ kellhomx il-maġġoranza tal-pussess iżda fl-24 minuta Alashkert fetħu l-iskor meta kien pass ta’ Diaz ‘il barra u minn barra l-kaxxa ARTAK YEDIGARYAN b’xutt fil-baxx għeleb lil Bonello. Fit-42 minuta Ħamrun kellhom ċans meta Guillaumier niżżel lejn Mashike iżda x-xutt tal-plejer mill-Kongo għadda barra. L-ewwel taqsima ntemmet bl-Armeni fil-vantaġġ ta’ 1-0.

Elvis Mashike jittanta xortiħ minn barra l-kaxxa (Ritratt: Joseph Galea)

Fil-bidu tat-tieni taqsima Ħamrun ħarġu ħafna aħjar u wara biss żewġ minuti marru viċin meta Dodo tefa’ kross fil-kaxxa li sab lil Mashike li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu imur barra. Fit-58 minuta Ħamrun jerġgħu ikunu perikolużi meta Dodo reġa tefa’ ballun fil-kaxxa fuq Mashike li kompla lejn Jonny iżda l-goalkeeper ta’ Alashkert ħareġ fil-ħin fuq il-Brażiljan u tajjar f’korner. Fil-71 minuta Steve Borg prova xutt minn barra l-kaxxa iżda għadda barra. Fit-80 minuta is-sostitut Prsa inkariga minn korner li tefa’ fuq Marcelina, bil-Brażiljan jogħla tajjeb bir-ras iżda jitfa barra. Fit-93 minuta is-sostitut Matteo Fedele inkariga minn free kick perikoluż fil-kaxxa li iżda ma’ ħa l-ballun ħadd u wara li b’diffikultà Cancarevic laqa’ qabel id-difiża tajret. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-partita hekk kif ir-referree Grieg Vassillis Fotias saffar it-tisfira finali u Alashkert ħarġu rebbieħa iżda bl-Ispartans joħorġu b’rashom mgħollija biex issa nhar il-Ħamis jilgħabu fis-Centenary Stadium quddiem is-support tagħhom bit-tama li jdawru r-riżultat.