Lokali

Iċ-ċentru ta’ servizz.gov f’Raħal Ġdid jagħlaq temporanjament għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni

The launch the edu one-stop-shop and servizz.gov hub

servizz.gov qed jinforma lill-pubbliku li ċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid li jinsab fi Triq Ħal Luqa ser ikun magħluq temporanjament fit-8 u fid-9 ta’ Lulju minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel użu minn ċentru ieħor li jinsab f’Raħal Ġdid fil-binja tal-Kunsill Lokali fi Triq il-Knisja. Dan iċ-ċentru huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sas-14:00, l-Erbgħa mill-16:30 sas-19:00 u s-Sibt mit-08:00 sas-13:00.

B’mod alternattiv, il-pubbliku jista’ jikkomunika ma’ servizz.gov permezz ta’ ċentri reġjonali oħra mxerrda madwar Malta, bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku servizz@gov.mt.