Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Ħaddiem Taljan ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien fuq il-post tax-xogħol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ dalgħodu f’binja fi Triq il-Marfa, Mellieħa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-ħaddiem waqa’ minn fuq sellum. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.