Lokali

Jingħataw żewġ direct orders minflok joħroġ tender pubbliku

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ta żewġ direct orders għal apparat li jsegwi lit-tfal tal-iskola fi triqthom lejn u mill-Iskola; apparat li b’mod tekniku jisejjaħ Fobs.

Dan iż-żewġ direct orders swew aktar minn 250,000 ewro. Bil-Gvern sa issa għadu ma ta l-ebda rendikont għala ingħataw żewġ direct orders u ma nħareġ ebda tender.

Minflok, il-Ministeru għażel b’mod dirett lil min jagħti dawn id-direct orders f’ċirkostanzi li żgur mhumiex eċċezzjonali, skont kif jistipulaw ir-regolamenti tal-Public Procurement.

Fid-dawl ta’ dan kollu, staqsejna lill-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima biex jagħtina raġuni għaliex nħarġu żewġ direct orders u mhux tender li fih kulħadd ikun jista’ jitfa’ l-offerta tiegħu.

Intant, wara l-vot tal-Erbgha fil-Parlament…Net News talab ukoll informazzjoni lill-Ministru dwar l-AUM.

Fil-fatt, staqsejna lil Clifton Grima biex jgħidilna kemm hemm studenti li bħalissa qed jattendu l-Universita Amerikana tal-Ġordaniżi… bil-Ministru jinħeba wara l-fatt li din is-suppost Universita hija entità privata.

L-Erbgħa fil-Parlament, il-Prim Ministru Robert Abela, bil-vot tieghu u tad-deputati tieghu, ghazel l-interessi tal-ispekulaturi barranin u mhux dawk tal-poplu Malti u Għawdxi. Dan hekk kif bil-ftehim il-ġdid, il-Ġordaniżi se jingħataw medda ta’ art fi Smart City, li tiswa €63 miljun… għall-valur ta’ €15,000 biss.

Dan meta sa issa, l-AUM ġibdet biss mal-200 student lejn pajjiżna – ammont miżeru meta tqis il-propaganda kollha li għamel il-Gvern Laburista fl-aħħar snin.